Joe Demicoli kemm-il darba jitfa' xi ritratti meħudin mill-passat. Ritratti li żgur fihom għadd ta' memorji li ser jibqgħu ħajjin f'moħħu u f'qalbu għal dejjem. Din id-darba Joe ħadna lura fit-tmeninijiet!

Fil-fatt tefa' ritratti miż-żmien tal-1980-1981, meta skont kif poġġieha hu stess, kellu stil jixbaħ tal-artist maħbub John Lennon. Fir-ritratti Joe jidher b'diversi pożi u f'diversi postijiet differenti. 

Hu jġħid li dak iż-żmien li ħa r-ritratti hemm il-karozzi tal-linja kienu għaddejjin bi strajk, u għaldaqstant kien jivvjaġġa bil-pass. "Kont immur kuljum sa Raħal Ġdid bil-mixi biex nixtri l-gazzetti Ingliżi, li għadhom għandi."

X'memorji!


Kyle Zarb