Fuq il-programm Bundytime tas-Sibt li għadda, John Bundy irrakkonta l-istorja ta’ meta wasal id-darb kmieni filgħodu, u sab il-bieb ta’ barra miftuħ beraħ! Żmien ilu, hu kien idoqq fi stabbiliment tad-divertiment sa kmieni filgħodu, u wara kien jibqa’ sejjer il-quddies. Ħu stqarr li għalkemm kien imur il-quddies, kien isibha diffiċli jibqa’ mqajjem wara lejl jaħdem, u mhux l-ewwel darba li mar iqajmu s-sagristan!

Darba ddeċieda li ma jmurx il-quddies, u baqa’ sejjer id-dar. Malli wasal, sab il-bieb ta’ barra miftuħ beraħ, u mal-ewwel għaddielu l-ħsieb li daħlu jisirquh! Mar iħabbat lill-ġar tiegħu, u qallu biex jidħol miegħu ħalli jara eżatt x’ġara. Ħadu magħhom żewġt iskieken, u kif tela’ fuq isib lil martu rieqda “qisha Bambin”. Kull ma ġara kien li martu nesiet tagħlaq il-bieb warajha.


Nicole Zammit