Illum huwa jum speċjali għal Clyde Puli hekk kif qed jiċċelebra għeluq sninu. F'din l-okkażjoni hu xtaq jikteb messaġġ mill-qalb fejn juri l-apprezzament tiegħu lejn il-ħajja u n-nies li tlaqqgħu magħhom.

"Mil-lum qed ngħodd sena oħra! U kif tgħid il-kanzunetta popolari, 'Nirringrazzja lill-Mulej li s'issa għadni għaddej.' Grazzi lill-familja tiegħi tal-għożża. Grazzi liĺl-ħbieb li bqajtu hemm minkejja kollox. U Grazzi lilkom kollha li kontu u għadkom parti minn ħajti. Intom kollha żewwaqtuli ħajti u għallimtuni naprezza aktar kull mument tal-ħajja."

Awguri mill-qalb! 


Kyle Zarb