L-attriċi u preżentattriċi qasmet post fuq Facebook dwar l-esperjenza tal-ġenn li kellha f’produzzjoni tal-kumpanija Hallmark li nħadmet ġewwa Malta. Hi ħadmet maż-żewġ atturi internazzjonali, Will Kemp u Lacey Chabert.

“Kienu ġimagħtejn intensi ħafna għalina f’Malta ma’ żewġ atturi tal-ġenn,” hi kitbet. “Ma’ Will Kemp u Lacey Chabert kif ukoll mad-direttur ispiranti u metikoluż Stefan Scaini u t-tim ta’ produzzjoni kollu f’Malta u ta’ Hallmark.”

“Kien ta’ unur kbir li ħdimt magħkom u ninsab eċċitata biex nara dan il-film u naqsam dawn il-mumenti minn wara l-kwinti.”

Prosit ħafna lil Clare u jiġri jasal il-jum biex naraw dan il-film!

Facebook/Clare Agius


Bernard Xuereb