L-awtur Bertram Portelli ta’ spiss jaqsam kliem sabiħ mas-segwaċi tiegħu dwar bosta suġġetti. Illum qabadha fuq ir-relazzjonijiet li għandna ma’ dawk ta’ madwarna. Hu qal li d-dinja kienet tkun ferm isbaħ kieku nagħtu aktar kas ta' dawk ta' madwarna, u nuruhom il-gratitudni li għandna lejhom.

“Nipprova nuri wkoll kemm hi kerha l-ingratitudni u kemm hi sitwazzjoni ikreh meta persuna tinqeda u ddawwar lil persuni oħra skont kif ikun jaqbel lilha; xi drabi tkun anki lesta li tigdeb u xxewwex biex tasal fejn trid hi. In-nies mhux qegħdin hemm biex nużawhom u bħal lumija, meta naħsbu li m'hemmx bżonnhom, narmuhom” kiteb Portelli.

Fi żmien fejn is-saħħa mentali qiegħda tingħata iktar importanza, għandna nieħdu dan il-kliem bħala parir siewi.


Nicole Zammit