Illum Ivan Gaffiero għandu ġurnata impenjata mill-isports day li ilu jippjana għall-kontestanti li jaħdmu miegħu u l-familjari tagħhom. Mir-ritratti jidher li l-attivitajiet bdew, u kulħadd bi tbissima minn widna sa widna fuq fommu!

Hu qal li din hi ġurnata li ser jara ħafna ferħ fuq wiċċ in-nies li ser ikunu miegħu. “Fiha ser naraaw minn tfal sa adulti, u anka anzjana ta’ 80 sena! Kemm naħdem mill-qalb biex nara l-ferħ fuq wiċċ ħaddieħor, u nara l-għaqda bejn il-kontestanti, mudelli, u ġenituri tagħhom” żied. Din l-attività qiegħda ssir fil-grawnd tal-futbol tal-Pietà, u kulħadd huwa mistieden li jattendi.


Nicole Zammit