Kellymni: Episodju 47 - Kylie Coleiro
Kylie Coleiro, wiċċ familjari għal dawk li jsegwu x-xena tal-kant lokali jew inkella l-mezzi soċjali, dan għaliex hi tuża l-pjattaforma diġitali biex titkellem fuq diversi suġġetti li jolqtu lil dak li jkun. Mill-vjaġġ tagħha ta’ omm, għall-isfida tagħha bil-kundizzjoni tal-alopecia. Kylie toħodna fuq vjaġġ tista’ tgħid, vjaġġ ta’ minn meta kienet għadha żgħira u d-diffikultajiet li ltaqgħet magħhom.
53 minuta
Kylie Coleiro, kantanta lokali u figura attiva fuq il-mezzi soċjali, se tkun il-mistiedna li jmiss fil-podcast Kellymni. Lil hinn mill-kant, hi qasmet il-vjaġġ tagħha bħala omm, tkellmet dwar l-isfidi tal-alopecia u d-diffikultajiet li affrontat sa minn ċkunità. B’mod ġenwin, Kylie titkellem dwar il-bullying u l-impatt li jista’ jħalli, anke jekk mhux fiżiku, filwaqt li dejjem tipprova żżomm attitudni pożittiva. Ħa taraw ukoll lil Kylie emozzjonanta meta Melanie pubblikament tiskuża ruħha magħha, x’wassal eżatt għal din l-iskuża?