Kellymni: Episodju 45 - Yazmin Helledie
Yazmin Helledie, nafuha minn X Factor Malta u wkoll bħala l-preżentatriċi ta’ Love Island Malta, iżda ħafna jsegwuha wkoll fuq il-mezzi soċjali fejn għandha komunità ġmielha. Hi ħa taqsam diversi esperjenzi magħhom, speċjalment dak li għaddiet minnu tul dawn l-aħħar ħames snin. Ħames snin li kellhom mumenti sbieħ u oħrajn ta’ diqa.
54 minuta
Melanie Kelly, tlaqqana ma’ Yazmin Helledie. Tul il-podcast, Yazmin tieħu l-opportunità li tuża Kellymni il-Podcast ta’ Gwida bħala pjattaforma biex titkellem fuq il-korriment li kellha ftit tal-ġimgħat ilu. Suġġett li rari nisimgħu dwaru iżda żgur li oħrajn li għaddejjin mill-istess weġgħa jkunu jixtiequ jisimgħu l-esperjenzi ta’ ħaddieħor. Hi toħodna wkoll fi vjaġġ ta’ esperjenzi oħra li għaddiet minnhom. Minn mumenti mimlija eċitament għall-oħrajn aktar serji. Esperjenzi li sawru lil Yazmin fil-persuna li hi llum il-ġurnata.