Kellymni: Episodju 42 - Graziella Bartolo Pizzuto
Gabriella Bartolo Pizzuto, tafuha għall-paġna tagħha fuq Instagram Up & Up with Faith. Hi se tkun qed titkellem ma' Melanie dwar binth li għandha l-kundizzjoni tad-Down Syndrome. Graziella bl-iktar mod onest se titkellem dwar kif ħadet l-aħbar u dak li għaddiet minnu tul dawn l-aħħar ħames snin.
50 minuta
Melanie Kelly tiltaqa' ma' Graziella Bartolo Pizzuto, il-mamà ta' Faith. Ħafna jafuha bħalha omm Faith, ta' Up & Up with Faith. Dawn l-aħħar ħames snin kien xi ftit jew wisq ta' sfida għal Graziella, iżda xorta waħda tistqarr li lil Faith il-familja tagħha kellhom bżonnha. Faith twieldet bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome u minn hemm beda vjaġġ li qatt ma stenniet.
Graziella tirrakkonta dwar ix-xokk li ħadet meta twieldet Faith, minħabba li ma kellha ebda idea li se titwieled b'din il-kundizzjoni. Xokk, li wassalha biex tispiċċa l-isptar ftit wara li welldet lil Faith minħabba x-xokk kbir li kienet ħadet iżda tistqarr li meta rritornat id-dar kienet għarfet l-imħabba kbira li għandha lejn bintha.
Mhux faċli tifhem dak li tkun għaddejja minnu l-omm, dak li jkun għaddej minnu l-missier u dawk qrib tagħhom. Il-ħolm li kellhom għal binthom jintemm jew jinbidel f'daqqa. Graziella tirrakkonta dwar il-bżonn ta' terapiji differenti, dwar l-isfidi u dwar kif mhux kulħadd iħares lejn bintha bl-istess mod.
Hi tixtieq toħloq aktar għarfien u grazzi għal Faith illum saret tagħmel affarijiet li qatt ma ħolmot li tagħmel għax qabel kellha lil Faith kellha karattru vera mistħi. Se tkunu tistgħu tiskopru aktar waqt Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida perżentat minn Melanie Kelly. Segwu Kellymni biex taraw lil Graziella f'intervista onesta fejn se taqsam ir-rakkont tagħha.