Kellymni: Episodju 41 - Fr Martin Micallef
Fr. Martin Micallef, il-qassis li qed jagħmel tant ġid billi jgħin lil dawk fil-bżonn. Mhux lilhom biss, iżda jipprovdi wkoll serħan tal-moħħ lill-familjari li jkunu mħassbin dwar l-għeżież tagħhom. Hu jitkellem dwar il-ħidma tiegħu u ħajtu flimkien ma' Melanie Kelly fuq Kellymni.
50 minuta
Melanie Kelly tiltaqa' ma' Fr. Martin Micallef, il-qassis li hu inkarigat mid-Dar tal-Providenza, dar li għandha ħafna u ħafna bżonn ta' għajnuna u fl-ewwel tas-sena, bħal kull sena se jkunu qed jorganizzaw maratona ġbir ta' fondi. Fr. Martin ikellmna ftit dwar il-ħafna bżonnijiet li għandha din id-dar, bżonnijiet li jilqħu eluf kbar kuljum.
Hu jidħol fid-dettal dwar dan iżda mhux biss. Hu jirrakkonta kif ġietu din il-vokazzjoni li jgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn fis-soċjetà u minn fejn nibtet din l-imħabba lejn il-proxxmu. Fr. Martin huwa raġel interessanti mmens u involut f'diversi affarijiet differenti, b'tant passjonijiet varji. Waqt id-diskursata ma' Melanie, hu ħa jkellimna wkoll dwar dawn l-interessi.
Kull min jaf lil Fr. Martin, jafu bi tbissima fuq fommu minkejja li ta' kuljum jiltaqa' ma' diversi każijiet ta' nies fil-bżonn. Tbissima li titnissel mill-ferħ ġenwin li għandu ġo qalbu, iżda hu jħobb inissel tbissima fuq fomm ħaddieħor ukoll permezz taċ-ċajt li jirrakkonta b'tant u tant passjoni.
Iżda mhux dejjem u kollox ward u żahar, Fr. Martin jemozzjona ruħu wkoll u intom se tkunu tistgħu tiskopru aktar waqt Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida perżentat minn Melanie Kelly. Segwu Kellymni biex taraw lil Fr. Martin Micallef f'intervista interessanti fejn se jaqsam mumenti li għaddha minnu tul dawn is-snin.