Kellymni: Episodju 40 - Glen Vella

Glen Vella, m'għandu bżonn ta' ebda introduzzjoni, irrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest u rebaħ l-ewwel edizzjoni ta' Mużika Mużika. Hu jingħaqad ma' Melanie Kelly biex jitkellem dwar ħajtu, il-karriera u l-esperjenza li jiżżewweġ waqt il-Covid!

57 minuta

Melanie Kelly tiltaqa' ma' Glen Vella, il-kantant li tarah fejn tarah dejjem bi tbissima fuq fommu. Glen nafuh fil-qasam mużikali, u llum barra li hu wieħed mill-kantanti ewlenin għandu taħt idejh numru ta' artisti promettenti. Hu jgħin lil dawn l-artisti jilħqu l-għanijiet tagħhom.

Glen jitkellem dwar l-imħabba kbira li għandu lejn il-mużika, il-ħolma u l-memorji li għandu tar-rebħa tiegħu fil-Malta Eurovision Song Contest. Memorji li jinkludu bl-iktar mod ċar lill-ġenituri tiegħu li urewh imħabba bla qies minn meta kien għadu tifel ċkejken. Hu jitkellem dwar l-importanza li jkollok is-sapport ta' dawk l-aktar qrib tiegħek.

Hu jgħid li l-ġenituri tiegħu kienu hemm għat-tifel tagħhom u mhux kienu hemm minħabba l-orjentazzjoni sesswali tiegħu. Hu jsibha diffiċli li jifhem li ġenitur ikollu diffikultà jaċċetta lil uliedu iżda jaf li hawn każi t'hekk u b'hekk persuna jrid ikun b'saħħtu biżżejjed jaffaċċja l-ħajja u jimxi 'l quddiem.

Dan u aktar waqt Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida perżentat minn Melanie Kelly. Segwu Kellymni ħalli taraw lil Glen f'intervista mimlija enerġija fejn se jitkellem mill-qalb u jgħidha kif iħossha.