Kellymni: Episodju 39 – Carlo Borg Bonaci
Carlo Borg Bonaci, magħruf sew għall-vuċi tiegħu, rajnieh fuq it-televiżjoni iżda jibqa' isem sinonimu mar-radju. Dan l-aħħar ħabbar li se jkun qed itemm il-vjaġġ tiegħu fuq Magic Malta. Hu jiddiskuti dwar dan u aktar ma' Melanie Kelly fejn se jidħol fid-dettall ta' x'wassal għal din id-deċiżjoni.
52 minuta
Melanie Kelly tiltaqa' ma' Carlo Borg Bonaci, il-preżentatur tar-radju li ħasad ftit lis-semmiegħa tiegħu ġimgħat ilu meta ħabbar li se jkun qed jieqaf għaż-żmien li ġej mir-radju. Kien ilu tlettax-il sena wara l-mikrofonu ta' Magic Malta u ħass il-bżonn li għalissa jaħdem minn wara l-kwinti.
Carlo se jidħol fid-dettall dwar ir-raġuni ta' din id-deċiżjoni u jispjega li mhux l-ewwel darba li ħa din it-tip ta' deċiżjoni. Din id-darba bi ftit differenza għax xorta għadu involut f'dan il-qasam, iżda minn wara l-kwinti. Id-differenza hija li mhux qed nisimgħu leħnu ta' kuljum.
Hu se jitkellem dwar il-fatt li qatta' xi żmien jissielet kontra l-kanċer, fejn kellu bżonn il-kimoterapija u anke għamel żmien fejn kien jiddejjaq joħroġ mid-dar. Hu jistqarr x'kien iħoss f'dak il-perjodu, perjodu li ma kienx faċli għalih iżda għadda wkoll u jinsab magħna.
Dan u aktar waqt Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida perżentat minn Melanie Kelly. Segwu Kellymni biex taraw lil Carlo f'intervista interessanti fejn se jaqsam mumenti li għaddha minnu tul dawn is-snin.