Kellymni: Episodju 38 - Lorinda Mamo
Lorinda Mamo, magħrufa aħjar permezz tal-paġna tagħha One Bird and a French Fry, tingħaqad ma' Melanie Kelly biex tiddiskuti diversi episodji mill-ħajja tagħha u tal-għażiż binha Henry. Minkejja li għaddew minn diversi esperjenzi u sfidi ta' saħħa, Lorinda tħares lejn il-ħajja b'lenti pożittiva mmens.
46 minuta
Melanie Kelly tiltaqa' ma' Lorinda Mamo, persuna li tul dawn l-aħħar għaxar snin tista' tgħid li għexet diversi sfidi. Sfidi li bdew minn meta skopriet li hija tqila bl-għażiż binha Henry. Minn 20 ġimgħa tqala qalulha li jista' jkun hemm problemi bit-tarbija tagħha u żewġha.
Minn meta twieled, Henry beda b'diversi sfidi minħabba l-kundizzjoni li kellu. Infatti s'issa kien vjaġġ b'ħafna tlajja' u nżul u s-segwaċi ħa jkunu jistgħu jifhmu dak li kienet tħoss Lorinda bħala omm, u anke tiddiskuti l-ħsibijiet li għaddew minn moħħ Henry minkejja li għadu tant żgħir.
Lorinda, tapprezza verament il-ħajja u għalkemm taf li l-affarijiet mhux dejjem ward u żahar, illum saret tifhem l-importanza li tgħix mument mument. Infatti hi tistqarr li meta tara li binha jinsab f'saħħtu, tipprova tgawdi kull mument miegħu. Mumenti bħal dawn huma aktar speċjali.
Dan u aktar waqt Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida perżentat minn Melanie Kelly. Segwu Kellymni ħalli taraw lil Lorinda f'intervista aktar profonda u ssir tafu aħjar lilha u l-istorja tagħha u binha.