Kellymni: Episodju 34 - Destiny Chukunyere
Destiny, il-kantanta żagħżugħa l-artista li rajnieha tikber. Isem u wiċċ familjari ma' bosta, speċjalment dawk ta' età forsi ftit iżgħar. Hi titkellem magħna dwar is-suċċess li kisbet ta' età żgħira u kif affaċjat ċertu sitwazzjonijiet f'ħajjitha.
49 minuta
Melanie Kelly tiltaqa' ma' Destiny biex ikollha taħdita dwar il-karriera tagħha, l-esperjenzi tal-passat u l-opportunitajiet tal-futur, kif ukoll il-bidla li għaddejja minnha bħalissa. Bidla fil-mentalità li żgur serviet biex issir aktar b'saħħitha, mhux biss fiżikalment iżda wkoll mentalment.
Destiny titkellem dwar l-esperjenza tal-Eurovision, li minkejja kien riżultat sodisfaċenti f'għajnejn ħafna, miegħu kien hemm xi ftit ta' diżappunt minħabba l-aspetattivi li kien hemm fuqha. Ma kien żmien faċli xejn minħabba l-fatt li kien ukoll f'nofs pandemija u kompla għamel l-affarijiet aktar komplikati.
Lil hinn mir-riżultat, Destiny tkellimna dwar opportunità inkredibbli li se tkun parti minnha fix-xhur li ġejjin, opportunità flimkien ma' artisti li m'għandhom bżonn ta' ebda introduzzjoni fid-dinja tal-Eurovision Song Contest. Iżda qabel, għandha kunċert fantastiku ġewwa pajjiżna fejn kapaċi jiftaħ opportunitajiet ġodda.
Dan u aktar waqt Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida perżentat minn Melanie Kelly. Segwu Kellymni ħalli taraw lil Destiny f'intervista differenti mis-soltu fejn se tiftaħ qalbha u turi n-naħa sensittiva tagħha.