Kellymni: Episodju 33 - Ira Losco
Ira Losco, l-artista li tista' tgħid kbirna magħha. Isem li kulħadd jaf u wiċċ familjari ma' bosta. Hi se taqsam magħna diversi esperjenzi u titkellem dwar il-familja, il-karriera u x-xogħol professjonali tagħha.
49 minuta
Melanie Kelly titkellem ma’ Ira Losco, il-kantanta lokali li tul is-snin rajnieha f'diversi stili. Rajnieha tirrappreżenta lil Malta għal darba, darbtejn. Rajnieha jkollha żewġt itfal, rajnieha tiżżewweġ u ħafna aktar.
Ira ħa tkellimna fuq diversi episodji fil-ħajja tagħha u tikkummenta dwar ċerti avvenimenti. Hi taqsam magħna bl-aktar mod onest dak li taħseb fuq ix-xena lokali u kif jista' jkun hemm bidla biex l-artist u l-mużika tiegħu tiġi apprezzata aktar.
Kif tafu Ira wkoll parti mill-panel tal-ġurija ta' X Factor Malta. Rajnieha fl-erba' staġuni allura ma stajniex ma nisimgħux mingħandha x'taħseb dwar is-suċċess li qed jagħmlu l-artisti.
Mhux hekk biss, iżda minkejja li hi tista' taħdem full-time fix-xena mużikali xorta tagħżel li jkollha full-time lil hinn mill-mużika. Għaliex tagħmel dan?
Waqt il-podcast se nisimgħu dwar dan u aktar. Segwu Kellymni ħalli taraw lil Ira f'intervista interessanti ma' Melanie Kelly.