Is-surmast Għawdxi Lelio Spiteri spiss jaqsam stejjer li jkunu ġraw fl-iskola li jmexxi li bla ma trid inisslulek tbissima.

Illum kiteb "Illum l-iskola kellna magħna grupp ta' studenti mill-iskola Mariam Albatool, l-iskola Musulmana minn Malta. Kienet esperjenza partikulari. Din iż-żjara saret biex inwasslu messaġġ ta' paċi, tolleranza u rispett." Waqt din iż-żjara, tassew ħadu gost jitolbu u jkantaw flimkien, kif ukoll jaraw it-talenti ta' xulxin. Lelio spjega li "fil-futur qarib, grupp ta' studenti mill-iskola tagħna ser imorru l-iskola tal-ħbieb tagħna ħalli din il-ħbiberija tkompli."

Hu jagħlaq il-kitba tiegħu "Ma rridx ninsa lit-tfal simpatiċi mill-iskola Musulmana. Kemm ħadt gost li ltqajt magħkom u kemm tgħallimt minn għandkom! Erġgħu ejjew!"


Marija Bellia