Il-viċi sindku Josette Busuttil kitbet messaġġ mill-isbaħ lil żewġha, hekk kif għada ħa jkunu qed jiċċelebraw l-anniversarju minn meta saru ta' xulxin! Josette tibda ssemmi minn meta ltaqgħu u bdew joħorġu flimkien, sa snin wara meta waslu biex jiżżewġu.

"Kelli biss 13-il sena meta ltqajt miegħek. Kważi 10 snin wara dik il-ġurnata speċjali, iżżewwiġna. 32 snin wara, aħna tant xortina tajba u mberkin bl-għażiża bintna... u l-kelb ċkejken tagħna wkoll." Xerrdet diversi ritratti mill-passat sa issa għall-okkażjoni.

Awguri minn qalbna u nawgurawlkom aktar snin ta' saħħa, imħabba u aktar!


Kyle Zarb