Għal darb'oħra Association for Abondoned Animals kellhom wasla ta' kelba ċkejkna li qed taffaċċja xi sfidi f'saħħitha, iżda bil-kura u l-ħarsien tal-voluntiera miexja 'l quddiem.

"Wasla oħra, kelba ċkejkna ta’ madwar 9 snin. Tassew fraġli iżda pjuttost b'saħħitha u tiekol sew. Din il-ġimgħa għandha appuntament dentali peress li snienha huma mħassrin ħafna u minn hemm nibdew naħsbu biex insibulha dar ta' mħabba."

Xerrdu dan l-appell jekk jogħġobkom anke jekk intom ma tistgħux tadottaw. 


Kyle Zarb