Ilbieraħ Stephanie Agius u Kurt Magri għalqu ħames snin flimkien. Fuq l-Instagram tagħha, Stephanie tellgħet video montage mimli memorji tagħhom flimkien ġewwa Malta stess. Mumenti li qattgħu flimkien biex jiċċelebraw dan il-jum speċjali għalihom.

Fuq il-post kitbet, "F'għeluq il-5 sena tagħna, iddeċidejna li nqattgħu l-ġurnata bħala turisti f'pajjiżna stess." Fil-fatt fil-filmat li tellgħet jidhru li marru għal ikla tajba, dawra bid-dgħajsa, u Stephanie tidher kuntenta immens bis-sorpriża ta' Kurt fl-anniversarju tagħhom.

Awguri minn qalbna Stephanie u Kurt!

Instagram/ stephanie_agius


Kyle Zarb