Kienu ħafna fuq il-mezzi soċjali li qasmu x-xokk tagħhom għall-mewta ta' Joseph Zammit, il-pumpier ta' 48 sena li tilef ħajtu waqt il-qagħdi ta' dmirijietu. Hu kien wieħed mill-pumpiera fuq il-posta ġewwa Pembroke li kienu qed jassistu għan-nar li qabad u kellu jiġi mitfi bl-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili.

Joseph huwa missier ta' żewġt ibniet u dawk kollha li jżuru l-profil ta' Facebook tiegħu jistgħu faċilment jirrealizzaw kemm kellu l-familja għal qalbu. Hu qasam ritratt riċenti mal-familja waqt li kienu fuq btala flimkien fl-Ewropa. Telfa li żgur ħa tinħass mill-għażiża martu, mill-għeżież uliedu, l-għażiża ommu, il-kollegi tax-xogħol u dawk kollha li kienu jafuh, inkluż dawk li għandhom tant għal qalbhom il-festa ta' San Pietru f'Birżebbuġa.

F'isem it-tim ta' Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tiegħu u nittamaw li jsibu s-sabar li tant u tant għandhom bżonn fid-dawl ta' din it-traġedja li ħasdet lil ħajtu. Nitolbu għalihom u nżommuhom fi ħsibijietna. Strieħ fis-sliem Joseph u kompli ħares fuq il-maħbubin tiegħek.


Emil Calleja Bayliss