Id-dipartiment tal-informazzjoni ħabbar aktar kmieni llum li x-xogħol ta’ restawr fuq il-Knisja ddedikata lit-Twelid tal-Madonna (tal-Belliegħa) f’Ħal Lija tlesta. “. Ix-xogħol kien jinkludi intervent sabiex jitneħħa l-periklu minħabba ħsara lil-lanterna, tiswija tad-deffun tal-koppla, l-bejt tal-knisja u s-sagristija, tibdil u tiswija tat-twieqi, tindif tal-faċċata, tikħil tal-fili u tibdil ta’ ġebel li kien iddeterjora” kitbu.

Din il-knisja tinsab ftit ‘il bogħod mill-knisja “tas-Salvatur il-Qadim” li kienet isservi bħala l-parroċċa ta’ Ħal Lija sa mill-1594, sakemm inbniet il-knisja Parrrokkjali ta’ Ħal Lija li nafu llum. Din il-knisja tal-Belliegħa serviet għal xi żmien bħala mużewp tal-bniet, u għal xi laqgħat li kienu jagħmlu ż-żgħażagħ.

 

DOI- Clodagh O'Neill


Nicole Zammit