Għall-ħabta tal-4 ta' waranofsinhar, mara nstemgħet tgħajjat għall-għajnuna mill-gallarija f'Raħal Ġdid, viċin il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Dan wara li fir-residenza tagħha nħakmu n-nirien.
Flimkien magħha kien hemm żewġ subien, ta' sentejn u ta' ħames snin. B'xorti tajba, il-familja ħelsitha ħafif għaliex l-għajnuna mill-uffiċjali tal-Pulizija, l-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili u l-ambulanzi waslet malajr.
L-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw in-nirien, filwaqt li l-istaff mediku ta' Mater Dei provda l-ewwel għajnuna lill-omm u wliedha qabel ittieħdu l-Isptar Mater Dei.