Il-ġurnalist u producer tat-television Jean Paul Mifsud għamel xi ħaġa li ma tarax ta' kuljum... Waqt li kien qiegħed jammira veduti mill-isbaħ minn fuq hot air balloon mal-maħbuba tiegħu, niżel għarkupptejh u pproponielha! 

Hekk kif kienet daharha lejħ tiġbed ir-ritratti, ħataf l-opportunità u għamel dak li kellu pjanat u kollox ġie miġbud f'filmat tassew ħelu. 

Il-maħbuba tiegħu Romina baqgħet b'ħalqha miftuħ u tatu t-tweġiba li żgur xtaq - IVA. Nawgurawlhom xewqat mill-isbaħ għal dan il-vjaġġ sabiħ flimkien. 


Marija Bellia