Waqt il-Fiera għall-Ommijiet, it-Trabi, u l-Ulied (Mother, Baby and Child Fair), inġabret is-somma fenomenali ta' €13,425 b'risq Puttinu Cares.

Filwaqt li qalulhom prosit, il-fondazzjoni Puttinu Cares irringrazzjaw lil Quinn, Paige, Chrystelle, u Sean Doublesin għall-enerġija u l-pożittività tagħhom u, fuq kollox, tal-għajnuna tant apprezzata li taw lil Puttinu Cares. Irringrazzjaw ukoll lil dawk kollha li appoġġjaw il-fiera.

Din is-sena, din il-fiera annwali saret fl-20 u l-21 ta' Mejju u jidher li kien hemm rispons tajjeb għaliha, speċjalment minn din id-donazzjoni tant sabiħa.

Facebook / Puttinu Cares


Bradley Cachia