Michele Nocca, żeffien li ħa sehem f’Amici, u John Azzopardi, stilista tax-xagħar u make-up artist ħabbru fuq il-midja soċjali tagħhom li dalwaqt ser jiżżewġu, propjament xahar ieħor! Michele ippropona lil John waqt li kienu fuq btala d-Danimarka. “...qal iva! Jien l-iktar raġel kuntent fid-dinja” kiteb Michele fuq Instagram, flimkien ma’ ritratt tagħhom it-tnejn is-sena l-oħra. 

Huma ilhom flimkien għal sitt snin u nofs, u jinsabu eċitati ħafna għat-tieġ tagħhom. Krug Fashion, ditta tal-moda ibbażata fi Sqallija ser tkun qiegħda tieħu ħsieb l-ilbies, għax il-koppja trid li għat-tieġ tagħhom ikun hemm ispirazzjoni minn disinji Griegi u Rumani. 


Nicole Zammit