Wara ġimgħa pjuttost xemxija u temperaturi li għolew, jidher li se jkollna xi jiem ta’ xita l-ġimgħa d-dieħla.

It-Tnejn u t-Tlieta huma mistennija diversi ħalbiet tax-xita filwaqt li t-temperatura se tkun ta’ 17-il grad celsisu u se titla’ sa 18 nhar it-Tlieta.

L-Erbgħa t-temperatura tkompli tiżdied għal 19-il grad celsius filwaqt li mistenni jkun imsaħħab. L-istess temp huwa mistenni għall-Ħamis.

Il-Ġimgħa u s-Sibt huma mistennija li jkunu xemxija b’mumenti fejn ikun imsaħħab. It-temperatura se tibqa’ ta’ 19-il grad celsius.


Bernard Xuereb