L-atleta lokali li hi tant imsemmija fid-dinjja tal-weightlifting, Yazmin Zammit Stevens, għadha kemm ingħaqdet fiż-żwieġ mal-imħabba ta' ħajjitha, Jake Farrugia. Huma kellhom ċerimonja fil-knisja flimkien mal-familjari tagħhom.

Yazmin qasmet l-aħbar fuq l-istejjer tal-profil tagħha ta' Instagram, fejn esprimiet il-ferħ u l-entużjażmu li ġabet magħha din il-ġurnata fejn qed jiċċelebraw imħabbithom bl-aqwa mod. L-atleta tgħid li se jkun hemm ċelebrazzjoni mal-ħbieb f’Ġunju.

Awguri minn qalbna Yazmin u Jake għal futur mimli saħħa, hena, imħabba u kull ma tixtieq qalbkom!

Facebook/ Yazmin Zammit Stevens


Kyle Zarb