Il-paġna The Malta Police Force kemm-il darba xxerred pariri u suġġerimenti li kapaċi jevitaw xi inċident speċjalment fit-toroq. Il-korp ċertament jara ħafna inċidenti u anka traġedji li bi ftit aktar attenzjoni kapaċi ġew evitati.

Din id-darba l-paġna tindirizza lil dawk li jew imorru jimxu filgħaxija meta jidlam, jew f'xi ħin li jibda jidlam aktar. Infatti dan il-parir jgħodd għalik jekk forsi qed tippjana li tmur timxi f'dawn il-ħinijiet imsemmija meta jkun beda jidlam jew dalam.

Il-parir jgħid lill-pubbliku biex jilbes ħwejjeġ b'kulur li jixgħel fid-dlam, bħal dan li jidher fit-tabella t'hawn taħt. "Ara li tkun qed tidher - dan jgħin lis-sewwieqa jindunaw bik partikolarment bil-lejl u f'żoni b'dawl batut" 

Xerred dan il-parir sempliċi iżda li kapaċi jifranka ħafna periklu.


Kyle Zarb