Malta Rangers Unit ħabbru li sabu kamaleonti letarġiku u xerrdu anke diversi fatti ta' dak li għandek tagħmel u ma tagħmilx f'każ li ssibu din il-kreatura. Il-profil juri dak li għamel it-tim wara din is-sejba.

"L-ewwel assiguraw li l-annimal li jidher ma jiflaħx ma jaħrabx, billi jerfgħuh bil-mod lebsin l-ingwanti kirurġiċi. Dan mhux biss għalina l-bnedmin biex ma niġux infettati bl-ebda mikrobu, iżda wkoll biex l-annimal ma jiġix infettatt minna lanqas"

It-tim ikompli, "Tagħtihx ilma jew ikel! Ir-Rangers sejħu lil Wildlife Rescue Team Malta fuq 9999 9505 bħala l-ewwel pass u dawn qalulhom biex jistennew hemm u voluntier minn tagħhom jiġi biex jiġbru."

"Waqt li stennewh, il-kameleon tpoġġa fuq drapp ġo kaxxa biex ma jiġix imfixkel."

Malta Rangers Unit jirringrazzjaw lil Claudia li wieġbet malajr, u jiktbu Grazzi kbira tax-xogħol li sar mit-tim tagħhom biex jirrijabilitaw il-ħajja tal-baħar lokali, qniefed, friefet il-lejl, rettili u żrinġijiet mweġġa'.

Ara l-filmat hawn taħt:

@maltarangerunit The #Rangers found a lethargic #chameleon in #Mellieha, #Malta. It's not with #WildlifeRescue Malta (NTM) and we hope to hear of a recovery! #malta🇲🇹 #environment #maltatiktok #fauna #lizard #mediterranean #rescue #conservation ♬ Highs & Lows - Prinz & Gabriela Bee

Kyle Zarb