Bħal-lum tliet snin ilu, fl-1 ta' Marzu 2021, Ġorġ Agius, magħruf bħala "tal-Mużew," ħalliena. Hu kellu 94 sena u ħalliena waqt li kien qed joqgħod fir-residenza tal-anzjani San Vinċenz de Paule.

Matul ħajtu, Ġorġ kien iħobb iżur lill-pazjenti tal-isptar biex kemm jista' jkun iferraħhom u jagħtihom daqsxejn raġġ ta' dawl waqt il-mumenti diffiċli li jkunu għaddejjin minnhom. Dan kien jagħmlu primarjament permezz tat-taqbiliet ħelwin u qosra li kien jgħid lin-nies.

Il-pariri tiegħu swew ħafna għal diversi nies, u ċerti li ħallew impatt qawwi fuqhom.

Ġorġ twieled fit-28 ta' Lulju tal-1926 ġewwa l-Birgu, it-tieni wild minn disgħa ta' Pawlu u Marija Agius.

Kompli strieħ fis-sliem, Ġorġ.


Bradley Cachia