Maria La Barokka Muscat tiżvela s-suġett tal-programm Kuxjenza, programm li hu segwit minn bost nies u jixxandar fuq TVM News+. Ġimgħa wara l-oħra, il-programm jagħti spazju lil diversi nies fis-soċjetà biex issemmgħu leħinhom u jirrakkontaw l-esperjenza tagħhom.

Maria tikteb, "Kuxjenza u l-Misfits. Dawk li jiġu ġġudikati mis-soċjetà għax jilbsu jew jaġixxu differenti bla ma jagħmlu ħsara lil ħadd. Jitkellem Michael Cassar Il-Mic u fuq kemm nies jaħsbuh raġel ħażin minħabba t-tattoos u l-piercings. Dan u nies oħra f' Kuxjenza...ngħidilkom iktar tard. Kuxjenza nhar il-Ħamis, 19:00 TVM News+."

Int se tkun qed issegwi?

Facebook / Kuxjenza


Emil Calleja Bayliss