Gaetano Gateano qed jorganizza konkors tal-mudellar bit-tema ‘Għarfien’. Fuq Facebook hu tella’ l-ewwel ritratt tal-Gaetano Top Models li se jkunu qed iqajmu għarfien dwar diversi kwistjonijiet soċjali.

Il-mudell jidher b’diversi titli offensivi miktubin fuq ġismu.

“Oħxon, barri, purċinell, annimal, agħmel id-dieta u ħafna aktar kliem li huma kollha titli li qlajt jien personali,” hu kiteb.

“Ħafna nies jaħsbu li raġel forsi ma jagġtix kas għax ikun jidher li jiflaħ, ħafna jaħsbu li l-irġiel ma jkunux konxji kif jidhru u b’nofs ta’ kelma kapaċi tkisser bniedem.”

“Raġel ukoll jgħaddi minn żmien diffiċli, ikun konxju u jħoss…tibqax sieket - tkellem! Fittex l-għajnuna.”

<iframe src="https://www.facebook.com/plugins/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fgaetano.gaetano.543%2Fposts%2Fpfbid02jnJQi1Z3XeYaqJVohdhtvAaYfMvQ7XoEZawJGGd88xXqt4UNGiDgXSU6oujzuL7Ll&show_text=true&width=500" width="500" height="729" style="border:none;overflow:hidden" scrolling="no" frameborder="0" allowfullscreen="true" allow="autoplay; clipboard-write; encrypted-media; picture-in-picture; web-share"></iframe>

Facebook/Gaetano Gateano


Bernard Xuereb