Ilbieraħ Clean Malta fuq il-mezzi soċjali tagħhom tellgħu, "Issa li ssewwew il-ħsarat kollha u sar it-tibdil meħtieġ u tlesta x-xogħol kollu fil-latrina pubblika tal-Barrakka ta' Fuq, dalwaqt terġa' tinfetaħ għall-pubbliku."
Huma jżidu, "Dan hu Is-Servizz Pubbliku Din hi CleanMalta. Din il-ħidma kontinwa mill-ħaddiema tagħna, madwar il-pajjiż taħt it-tmexxija tad-Direttur Ġenerali Ramon Deguara fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u s-Segretarjat Parlamentari għall-Indafa Pubblika."
Huma jgħidu li wieħed jista' jirrapporta jekk jara xi ħaġa mhux f'postha! Infatti jiktbu, "Wassal ir-rapport tiegħek, ibgħat mill-app CLEAN and UPKEEP inkludu l-pin location u l-Customer Care Unit jinfurmaw lil min hu kkonċernat."
Id-Direttur Ġenerali Ramon Deguara jistqarr, "Tim tal-manutenzjoni fi ħdan id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni li jwettqu xogħol impekkabbli u bi professjoni tal-aqwa livell. Prosit kbira. Nisperaw li dan kollu jiġi apprezzat mill-pubbliku u ma jkunx hemm atti ta' vandaliżmu. Inkomplu naħdmu."
Facebook / Clean Malta - Cleansing and Maintenance Division