Fl-aħħar attakk tar-Russja fuq l-Ukraina 2 min-nies diġa’ mietu u 23 midruba, wara li missili waqgħu fuq klinika fil-belt ta’ Dnipro. Mit-23 midruba, 21 minnhom huma rikoverati l-isptar u jinsabu f’kundizzjoni kritika. Il-gvernatur Serhiy Lysak qal li żewġ subien ta’ 3 u 6 snin huma fost il-midruba.

“it-terroristi Russi jikkonfermaw mill-ġdid li jiġġieldu kontra kollox li hu uman u onest” qal il-President tal-Ukraina Vlodymyr Zelenskyy. L-awtoritajiet Ukreni qalu li rnexxielhom iwaqqfu 17-il missila u 31 drone Russu matul il-lejl li għadda. Madanakollu, numru ta’ drones xorta waslu fejn kellhom jaslu f’Dnipro u Kharkiv.

 

BBC


Nicole Zammit