F’Ġunju li għadda nqabdu 200 rizza mill-baħar bħala parti minn proġett pilota sabiex titkattar il-popolazzjoni ta’ din l-ispeċi. Dawn tpoġġew f’laboratorju f’San Luċjan u issa fortunatament irnexxielhom ikattru l-frieħ. 

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Aquatic Resources Malta, Frank Fabri, tkellem ma TVMNews u qal li l-fażi li jmiss hi li dawn il-frieħ jinżammu fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jikbru, qabel jintefgħu l-baħar.

Qabel dan, il-frieħ se jitpoġġew f’laboratorju ieħor li nbena apposta f’San Luċjan stess fejn ix-xjentisti jipprovaw għalf u tip ta’ algi differenti biex isiru jafu x’inhuma l-aħjar kundizzjonijiet li fihom jistgħu jgħixu.  

Kemm hu importanti l-iżvilupp tax-xjenza f’oqsma bħal dawn!


Marija Bellia