Il-psikologu u sesswologu Dr Nicholas Briffa ta’ spiss jagħti l-opinjonijiet tiegħu u pariri fuq il-midja soċjali. Ilbieraħ, hu tkellem dwar kif jaħdmu r-relazzjonijiet. “Ir-relazzjonijiet, iż-żwieġ, is-sess u l-familja mhumiex xi ħaġa maġika jew awtomatika. Ma jikbrux waħedhom. Ir-relazzjonijiet, iż-żwieġ u l-familja, speċjalment, mhumiex kwistjoni ta' good luck jew bad luck. Ir-relazzjonijiet u l-familja huma frott ta' impenn dejjiemi, ġurnata wara l-oħra, bis-sehem indaqs tal-persuni involuti” kiteb Dr Briffa. Madanakollu, huwa saħaq li bis-saħħa tal-individwi r-relazzjoni tikber u timmatura.

Facebook / Nicholas Briffa


Nicole Zammit