Fi Ġnien l-Istazzjon f'Ħ’Attard ġie inawgurat ċentru ġdid ta' informazzjoni, kultura u edukazzjoni, flimkien ma' xogħlijiet oħra. 

Dan iċ-ċentru edukattiv fih librerija, żona għall-qari, u faċilitajiet ta’ konvenjenza pubblika. "Il-binja tlestiet bil-ġebla tal-franka, b’aperturi tal-injam u tal-aluminju u ġiet installata wkoll canopy tal-ħadid maħdum biex ifakkar il-bini tal-istazzjon fl-aħħar tas-seklu dsatax li serva biex jipprovdi kenn lill-passiġġieri li jistennew fuq il-parti ta’ quddiem tal-pjattaforma."

Id-Dipartiment tal-Informazzjoni, fuq il-paġna ta' Facebook kiteb, "Ġnien l-Istazzjon kien l-istazzjon prinċipali ta’ Ħ’Attard u kien jifforma parti mis-sistema tal-Ferroviji ta’ Malta (Il-Vapur tal-Art) li kienet topera bejn l-1883 u l-1931. Il-bini tal-istazzjon inqered matul it-Tieni Gwerra Dinjija."

Kemm hu sabiħ li l-wirt kulturali jinbidel f'żoni li minbarra li jsebbħu l-madwar, ikunu edukattivi għal kull min iżurhom, tfal u kbar! 


Marija Bellia