L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed iwissu lin-nies biex jevitaw il-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan hekk kif fl-ilma nstab l-EColi. Dan kien iddikjarat fi stqarrija aktar kmieni llum mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika,

L-għawm f'din iż-żona jippreżenta riskju għas-saħħa peress li l-ilma ġie affettwat minn kontaminazzjoni mikrobijoloġika EColi.

Is-sors tal-kontaminazzjoni għadu ma ġiex determinat.

Facebook/Direttorat tas-Saħħa Ambjentali


Bernard Xuereb