Il-kantawtur lokali Dan qasam messaġġ mill-isbaħ fuq il-mezzi soċjali tiegħu, flimkien mar-ritratt mill-esperjenza li tkellem dwarha. Hu jikteb, "Illum imxejt mill-Imġarr sa Ta' Pinu b'ringrazzjament lill-Madonna wara li semgħat it-talb tiegħi b'risq xi ħadd li kien fil-bżonn."

Hu jżid, "Forsi dawn l-affarijiet jidhru bħala ċuċati, imma jien nemmen li t-tama l-aħħar li tmut. Matul din il-mixja aprezzajt is-sbuħija li kapaċi toffri n-natura u dak kollu li hu sabiħ fil-ħajja."

Sabiħ li tara messaġġi bħal dawn fuq il-mezzi soċjali, kultant il-fidi bħal donnha naħbuha, jew forsi dak li jkun ma jkunx daqstant komdu li jixħet affarijiet bħal dawn fuq il-mezzi soċjali. Barra minn hekk, sabiħ ukoll li napprezzaw il-ġmiel u s-serenità li għandna madwarna! Kultant anqas biss nirrealizzaw is-sbuħija ta' pajjiżna stess.

Facebook / Dan


Emil Calleja Bayliss