Kmieni dalgħodu ġiet imħabbra l-mewt ta' Matthew Naudi. Ħafna jafu lil Matthew bħala l-prefett ta' San Alwiġi. Matthew miet wara marda qasira.

Fil-bidu ta' Ottubru hu qasam messaġġ fuq il-profil tiegħu fejn qal, "Il-ħajja tippreżentalna vjaġġi u stejjer mhux mistennija li minnhom għandna l-opportunità li nsiru verżjoni aħjar tagħna nfusna. Esperjenzi li permezz tagħhom inġeddu t-tama kontra d-disprament, u l-kuraġġ kontra l-biża’ ta’ dak li mhux magħruf. Ħajja li temmen fil-valuri veri ta' fellowship, kompassjoni, rispett, imħabba u kura."

Hu kien għadda r-ringrazzjament lejn dawk qrib tiegħu, "Grazzi lill-familja tiegħi, ħbieb (antiki u ġodda), kollegi, sħabi, tobba u infermiera (speċjalment M3) talli dahru bija għal dan ix-xahar li għadda! It-talb, il-messaġġi, iż-żjarat u l-appoġġ ta’ kuljum tagħkom iżżommu l-ispirtu tiegħi għoli u jagħtuni aktar saħħa u reżiljenza! Jien grat ħafna lejn il-kreatur talli tani barkiet bħal dawn!"

Matthew kien temm jgħid, "Jien ukoll privileġġjat li kelli l-aqwa mudell u għalliem f’ħajti li qatt ma qata’ qalbu. Naħsdu dak li niżirgħu f’din il-ħajja u wara! Il-ħajja tħobbni u jien inħobb il-ħajja. Grazzi lil kulħadd! Hemm ħafna ġid f’din id-dinja, ta’ min jiġġieled għalih!"

"

Carmen Mifsud, kollega tiegħu kitbet, "Ilbieraħ filgħaxija, mhux biss tlift kollega iżda wkoll ħabib kbir. Ninsab bla kliem bit-telfa tiegħy. Naf li m'hemm xejn x'ngħid li se jagħmel it-telfa tiegħek aktar faċli fuq kull wieħed minna, speċjalment il-familja tiegħek li inti ħabbejt bl-għożża u b'qalbek kollha."

Hi tkompli tgħid, "M'hemmx aktar uġigħ u l-ebda tbatija fis-sema dan li jikkonslani. Għażiż Matthëw Naudi nirringrazzjak tal-memorji kollha matul dawn it-8 snin li kont nafek. Strieħ ħabib, sakemm nerġgħu niltaqgħu."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari, ħbieb u kollegi tiegħu. Ċerti li t-telfa tiegħu ħa tinħass minn ħafna nies. Strieħ fis-sliem Matthew!


Emil Calleja Bayliss