Lance Reddick, l-attur magħruf għar-rwoli f’The Wire u fil-franchise John Wick, miet fl-età ta’ 60 sena.

Skont diversi sorsi, ir-rappreżentant tiegħu kkonferma li miet b’kawżi naturali fid-dar tiegħu f’Los Angeles. L-attur reċentement kien qed jagħmel intervisti għar-rwol tiegħu f’John Wick: Chapter 4, li ħiereġ il-ġimgħa d-dieħla. Aktar kmieni din il-ġimgħa, huwa għażel li ma jattendix għall-premier tal-film ġewwa New York.

Huwa magħruf ukoll għar-rwoli tiegħu f’American Horror Story: Coven, American Horror Story: Apocalypse, Resident Evil, Oz, White House Down u Percy Jackson.

Reddick ħalla warajh lil martu, Stephanie, u lil uliedu, Yvonne Nicole u Christopher.


Bernard Xuereb