Il-psikologu Dr Nicholas Briffa ta’ spiss joffri kliem ta’ farap u kuraġġ lil dawk is-segwaċi li qegħdin jaffaċċjaw żmien diffiċli. Is-suġġett tal-bieraħ tratta dwar il-każijiet ta’ suwiċidji li qegħdin nibqgħu nisimgħu bihom.

“Ma nkunux nafu minn xiex inhu għaddej persuna, anka jekk jidher kuntent u għandu tbissima minn widna sa widna. Xorta jistgħu ikunu qegħdin isofru fil-kwiet” beda billi qal Dr Briffa. Dwar dawk l-individwi li ħadu ruħhom b’idejhom, hu qal li jixtieq li dawn isibu d-dawl minkejja t-tbatija psikoloġija, u qrabathom isibu l-iskop tagħhom ukoll. “Fl-aħħar, nixtieq li n-nies li għandhom il-poter jagħtu kas din ir-realtà kiefra fis-soċjetà tagħna, u s-sistema tirrispondi b’mod iktar effiċċjenti” kiteb il-psikologu.

Facebook / Nicholas Briffa


Nicole Zammit