Aktar kmieni dalgħodu l-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika, Clayton Bartolo, kiteb l-awgurju għal bintu li qed tiċċelebra għeluq sninha llum.

Huwa awguralha xewqat sbieħ waqt li kitbilha, "Illum Tiffany tagħlaq 7 snin! Inħobbuk ħafna ja qrempuċa!" Xerred anke ritratt riċenti li żgur huwa tant prezzjuż għall-familja kollha ta' Clayton.

Kienu bosta li awgurawlha f'għeluq sninha fil-kummenti. It-tim ta’ Gwida jawgura xewqat sbieħ liċ-ċkejkna Tiffany u jalla jkollha dak kollu li tixtieq qalbha llum u dejjem!


Kyle Zarb