Il-paġma ta' Facebook It-Temp Madwarna qasmet xi informazzjoni dwar it-temp li qed nesperjenzaw bħalissa u l-aġġornament għall-jum li ġej. 

Huma kitbu "Wara temperaturi rekord ta’ aktar minn 30°C fl-1 jum mix-xahar t’April 2024, meta llum ninsabu fl-24 jum tax-xahar insibu temp xitwi, b’temperatura li waqgħet 10°C u qed tinħass saħansitra 7°C." Illum, kif kien imbassar, nieżla x-xita f'diversi nħawi f'Malta. Din ix-xita, il-paġna sejħitilha "xita prezzjuża, xita tal-għalqa, xita sabiħa u xita nadifa nieżla mis-smewwiet!

Però jidher li "din is-sistema ta’ maltemp m’għandhiex ħajja twila" għaloex minn għada se "jerġa’ jkollna temp xemxi, iżda xorta frisk."

Ħadtu gost bix-xita llum?


Marija Bellia