Il-Jum Internazzjonali tal-Klieb Gwida jiġi ċċelebrat fl-aħħar Erbgħa ta’ April ta’ kull sena. Din timmarka t-twaqqif tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Assoċjazzjonijiet tal-Klieb Gwida fis-26 ta’ April 1989.
Il-Jum Internazzjonali tal-Klieb Gwida huwa opportunità biex tiġi ċċelebrata l-ħidma tal-klieb gwida madwar id-dinja u titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tas-servizzi tal-klieb gwida biex jgħinu lin-nies li huma neqsin mid-dawl jgħixu ħajja iktar indipendenti.
Imma mhux biss. Dawn il-klieb jipproteġu lis-sidien mill-periklu u jipprovdu appoġġ emozzjonali mill-aqwa! Dawk li jħarrġu l-klieb gwida jaħdmu ħafna biex jgħinuhom isaħħu dawn il-ħiliet.
Ejjew napprezzaw ħafna iktar lil dawn il-klieb li jagħtu għajnuna imprezzabbli lil min hu bżonnha!