Illum 19 ta’ Marzu hija l-festa ta’ San Ġużepp li f’Malta hija festa pubblika. Din il-festa dejjem tiġi fi żmien ir-randan.

Din il-festa tiġi prinċipalment ċċelebrata ġewwa r-Rabat u l-Imdina. Minbarra ċelebrazzjonijiet fil-Knejjes, ikun hemm ukoll purċissjonijiet bill-baned u murtali mill-isbaħ li ilhom jinstemgħu mill-bieraħ.

Din il-festa tiġi ċċelebrata f’pajjiżi Kattoliċi oħra bħal Portugall, l-Italja, Spanja u l-Polonja.

Awguri lil kull min jismu għal dan il-qaddis!

Visit Malta


Bernard Xuereb