Għal Vanessa l-età hija importanti ħafna fl-imħabba! Għaldaqstant, temmen li d-diskrepanza li hemm fl-età ta’ bejn l-irġiel u n-nisa tal-villa hija waħda mill-problemi ewlenin fil-villa ta’ din is-sena. Xorta waħda tħoss li ma kellhiex biżżejjed ċans issir taf lil Matthias, minħabba li daħlet il-bombshell Henrika wisq kmieni. L-isbaħ mument għaliha fil-villa kien meta ħarġet ma’ Edward! 

Jekk segwejt Love Island s’issa, żgur li ndunajt kemm Vanessa hija tfajla ta’ żaqqha fomma. Fl-intervista qasmet mas-segwaċi r-regola msejħa tat-tliet sekondi! Il-parir tagħha hu li qatt m’għandek tgħid xi ħaġa lil xi ħadd, jekk din ma tistax tinbidel fi tliet sekondi. Ngħidu aħna ma nistax ngħidlek tbiddel xi difett fid-dehra tiegħek, għax din żgur mhijiex xi ħaġa li tista’ tbiddel fi tliet sekondi!

Facebook / magicmalta91.7


Kylie Ann Chircop