Il-mara ta’ Enzo Gusman, Carmen Gusman, kitbet djarju tar-raġel tagħa meta kien marid. 'Id-djarju ta' Enzo' jkopri l-ġranet mit-28 ta’ Lulju 2020, meta ġara l-inċident, sas-17 ta’ Diċembru 2021, il-jum li fih ħalliena għall-ħajja ta’ dejjem.

“Dejjem jibqa' f'qalbna. Stejjer interessanti li żgur ser tieħu gost taqrahom” kiteb Bjorn Formosa, u qal anka li l-flus kollha ta' dan il-ktieb sejrin għall-fondazzjoni ALS Malta u għaqdiet oħra lokali: ġest mill-isbaħ li ser ikun apprezzat minn ħafna nies.


Nicole Zammit