L-awtriċi tas-sensiela Iż-Żmien Bejnietna, Audrey Brincat Dalli xerrdet fuq il-profil tagħha r-ritratt tan-nannu tagħha li kien jismu Żaru. Fil-fatt għat-telespettaturi Maltin u Għawdxin Żaru huwa l-karattru prinċipali tas-serje Iż-Żmien Bejnietna.

Audrey tispjega f'post li tefgħet li nannuha, Żaru, kien ta' ispirazzjoni kbira għaliha. "Il-kuraġġ, ir-reżiljenza, d-determinazzjoni tiegħu inspirawni biex noħloq ftit mill-karatteristiċi fi storja fittizja tagħna". Audrey tikteb li nannuha Żaru kien dak li saħħaħ fiha l-arti tal-istejjer.

"Nimmisja l-istejjer tiegħu imma l-aktar nimmisja lilu u l-konverżazzjonijiet li kellna," tkompli tikteb Audrey. "Insellem lilek Nann u lil dawk l-irġiel u n-nisa l-oħra kollha kuraġġużi li l-ispirtu sod tagħhom ifforma dan in-Nazzjon. Il-ġenerazzjoni tagħna għandha ħafna x'titgħallem minnhom. Aħna tassew nirrispettawom."

L-istorja Iż-Żmien Bejnietna tkompli llejla fid-21:00 fuq TVM.


Kyle Zarb