Il-karità persważ li m’hawnx isbaħ minnha, speċjalment meta tkun ser tagħmel differenza sostanzjali fil-ħajja ta’ bosta min-nies. Illum, permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Bjorn Formosa qasam mas-segwaċi tiegħu aħbar mill-isbaħ. Dan għaliex riċentament huma rċevew donazzjoni mill-isbaħ u b’hekk ġiet sponsorjata l-bitħa f’Dar Bjorn ġewwa Ħaż-Żebbuġ.

Hu beda billi qal, “irċivejna l-isbaħ rigal dan il-Milied, il-kumpanija tal-gaming PragmaticPlay għadha kemm tat donazzjoni ta' €20,000 u b'hekk sponsorjat il-bitħa tagħna f'DAR Bjorn Żebbuġ. Grazzi mill-qalb.”

Prosit kbira lil din il-kumpanija ta’ dan il-ġest mill-isbaħ li għamiltu. Dan huwa l-veru spirtu tal-Milied!

Facebook/ Bjorn Formosa


Charlton Cefai